Merħba fuq dan is-sit tfal! Jien Barbra!

Kontu tafu li intom it-tfal għandkom id-drittijiet? Dawn id-drittijiet jgħinuna ngħixu ħajja sigura waqt li nikbru u niżviluppaw f’kull qasam tal-ħajja!

Ara il-filmat
Tree branch
Barbra lean

Flimkien miegħi ħa titgħallmu x’inhuma dawn id-drittijiet tat-tfal, filwaqt li bil-ħerqa nistenna li nisma’ dak li intom taħsbu, tħossu u tixtiequ għall-protezzjoni u l-iżvilupp tagħkom it-tfal. Ħerqana li nsir naf iktar dwarkom u naqsam magħkom l-importanza tad-drittijiet li għandkom kull wieħed u waħda minnkom. Saħħa tfal!

Background hills Foreground bush
Home interior

1

Id-dritt li tkun f’saħħtek

Huwa d-dritt tiegħek li tkun f’saħħtek kemm jista’ jkun. Se tingħata l-għajnuna kollha li għandek bżonn biex tkun u tibqa’ f’saħħtek u ma timradx. Se tkun ukoll protett/a minn drogi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tiegħek.

2

Id-dritt għat-tagħlim

Għandek dritt li tmur l-iskola. B’hekk inti tista’ tiżviluppa t-talenti u l-kapaċitajiet uniċi tiegħek. Se titgħallem ukoll kif tgħix b’mod responsabbli u kif turi rispett lejn in-nies u l-affarijiet kollha ta’ madwarek.

3

Id-dritt tal-espressjoni u l-opinjoni

Inti għandek id-dritt li tgħid x’inhuma l-ħsibijiet u l-opinjonijiet tiegħek, sakemm dan ma jkunx ta’ ħsara għalik jew għal nies oħra. Huwa importanti li tikseb u taqsam ma’ ħaddieħor kull informazzjoni u ideat li jistgħu jgħinuk tiżviluppa bħala persuna, sakemm dan ma jkunx ta’ ħsara għalik jew għal ħaddieħor. Dan tista’ tagħmlu permezz tal-internet, it-televiżjoni, ir-radju, il-gazzetti u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

4

Id-dritt għat-trobbija

Inti għandek tiġi mrobbi mill-ġenituri tiegħek jew minn adulti oħra li jieħdu ħsiebek. Dawk li jieħdu ħsiebek għandhom id-dmir li jagħmlu dak li hu l-aħjar għalik.

5

Id-dritt għall-mistrieħ

Għandek ikollok il-ħin u ċ-ċans biex tistrieħ, tilgħab u tkun kreattiv.

6

Id-dritt li tinstema'

Min qed jiddeċiedi għalik għandu jisma’ u jqis l-opinjoni tiegħek. Dan jgħodd kemm fil-familja, kif ukoll barra mill-familja u f’sitwazzjonijiet oħra bħal per eżempju fl-iskola u fil-Qorti.

7

Id-dritt tal-prattika

Inti għandek id-dritt li tipprattika l-kultura, il-lingwa u r-reliġjon tiegħek.

Skopri Iktar

Ara dan il-filmat biex titgħallem aktar dwar id-drittijiet tiegħek!

Għandek bżonn għajnuna, jew tixtieq tkellem lil xi ħadd?

Għandek bżonn għajnuna, jew tixtieq tkellem lil xi ħadd?

Kellem lil xi ħadd